Il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 – It-Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Nhar l-Erbgħa ċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa u attivita’ soċjali b’quddiesa fi-Kappella tal-Providenza fis-Siġġiewi. Biljetti mingħand il-helpers. Nitilqu fid-8.45 am minn fejn il-knisja.
  2.  Nhar l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju tas-saċerdoti mejtin li ħadmu f’din il-parroċċa.
  3.  Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4.  Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru, lejliet in-novena tal-Kunċizzjoni, ser jsir pellegrinaġġ “Aux flambeaux” bl-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu mingħand il-Patrijiet Franġiskani sal-Parroċċa fil-5.30 pm li se jgħaddi minn Triq il-Franġiskani, Lord Byron, Barth, Ġużè Pace, u Manwel Magri. Fis-6.30 pm issir quddiesa.
  5.    Nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, fl-okkażjoni tal-festa liturġika tal-Kunċizzjoni, se norganizzaw ikla familjari f’12.00 pm. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers u mil-librerija u mill-uffiċċju parrokkjali.
  6.    Fin-notice board issibu dettalji fuq l-applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-knisja għas-sena d-dieħla.
  7.     Il-ġabra għall-Missjoni li għamilna fil-parroċċa laħqet €1,904 (€924 mill-ġabra speċjali u €980 mill-envelopes). Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  8.      Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin bejn l-4.30 pm u s-5.45 pm se jsir il-booking tal-quddies għas-sena d-dieħla.

Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019 – It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Illum l-abbatini tal-parroċċa qed jorganizzaw fund raising day fejn il-knisja. Inħeġġukom sabiex tgħinuhom.  Dawk it-tfal subien u bniet li jixtiequ jidħlu abbatini sabiex jagħtu servizz fuq l-artal għandhom ikellmu lill-Kappillan.
  2. Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m, fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ser issir laqgħa minn koperatur tal-Museum għal kulħadd.
  3. Nhar It-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella tal-Adorazzjoni mill-Grupp Talb San Franġisk fis-7 pm.
  4. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa tas-6.30 pm ikun hawn it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika.  Wara issir l-Adorazzjoni .
  5.   Il-ġbir kollu li ser isir fil-quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd li ġej se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
  6.  Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru c-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa għall-Kappella tal-Providenza u wara nżuru il-Falkunerija fis-Siġġiewi. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien hemmhekk. Biljetti mingħand il-helpers.
  7.    Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru se tasal fil-parroċċa tagħna ir-replika tal-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu . Għalhekk dak inhar ser isir pellegrinaġġ “Aux flambeaux” mingħand il-Patrijiet Franġiskani sal-Parroċċa fil-5.30 pm. Fis-6.30 pm issir quddiesa.  Il-pellegrinaġġ se jgħaddi minn Triq il-Franġiskani, Lord Byron, Barth, Ġużè Pace, u Manwel Magri.
  8.     Nitolbu għal ruħ Carmen Spiteri u Tarcisio Darmanin li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 3 ta’ Novembru 2019 – Il-Wieħed u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Infakkrukom li llum il-Ħadd se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara.  Għall-ħabta tal-10.15 am il-pellegrinaġġ se  jieqaf  quddiem il-knisja Parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Inħeġġukom li  tattendu .
  2. Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara il-quddiesa tat-8.15 am.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija  imexxijja mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
  4. Nhar is-Sibt se jsir talb għall-qdusija tal-kleru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija fid-8.00 p.m. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni.
  5. Nitolbu għal ruħ Anna Borg u Paul Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  6. Infakkrukom li illum hija l-aħħar ġurnata tal-bazaar li qed isir fiċ–ċentru parrokkjali. Inħeġġukom li tmorru tixtru u tgħinu l-knisja.

Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru 2019 – It-Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Avviżi

  1. Illum se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma fil-quddiesa tad-9.30 am minn Mons. Arcisqof Charles Scicluna. 
  2. Nhar il- Ġimgħa huwa 1 ta’ Novembru  l-festa tal-qaddisin kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ir-rużarju ikun fis-6 pm. Wara l-quddiesa ikun hemm adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar  is-Sibt 2 ta’ Novembru ssir it-Tifkira Solenni ta’ ħutna l-mejtin kollha. Il-ħinijiet tal-Quddies ikunu: fis-6.15; 6.45; 7.15; 7.45 u fit-8.15 am . Filgħaxija jkollna rużarju fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddiesa  għall-erwieħ tal-parruċċani  li mietu minn Novembru tas-sena l-oħra.
  4. Nhar il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja.
  5. Nhar il-Ħadd fit-tifkira tal-75 anniversarju meta l-Istatwa Titulari tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla kienet meħuda fil-Knisja ta’ Sant’ Elena Birkirkara fi żmien il-gwerra, se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara.  Dakinhar għall-ħabta tal-10.15 am il-pellegrinaġġ se  jieqaf  quddiem il-knisja Parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Kulħadd hu mistieden jattendi.
  6. Infakkrukom fil-bazaar li qed isir fiċ–ċentru parrokkjali. Għalhekk  inħeġġukom biex wara l-quddiesa tmorru tixtru u tgħinu lill-knisja.