Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A

Avvizi

  1. Nhar it-Tlieta lejliet il-Milied se ssir il-purċissjoni bil-bambin li tibda fis-6 pm mill-museum tas-subien,  ta’ Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu.
  2. It-Tlieta filgħaxija ikollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda l-Velja tal-Milied li tinkludi reċta mit-tfal, kant mill-Kor Parrokkjali u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw is-Solennita’ tat-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.  L-Erbgħa, Jum il-Milied, hemm l-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħdud.
  3. Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-Katekumenju wara l-knisja mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
  5. Infakkru il dawk li għadhom ma ġabux  l-envelopes ta’ l-Istrina għall-parroċċa sabiex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju jew jimpostawhom.

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019, It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena A

                                                     Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn tibda  n-novena tal-Milied. Matul in-novena jkun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa. Il-quddiesa ta’ filgħaxija ta’ għada se tkun fil-5.30 pm bis-sehem tat-tfal tal-Museum u l-ġenituri tagħhom. Wara  ikun hawn rużarju u kurunella tal-Bambin Ġesu.
  2.  Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ġimgħa  27 ta’ Diċembru l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-katekumenju wara l-knisja, mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
  4. Armajna s-siġra tal-Milied. Din is-sena id-donazzjonijiet se  ntuhom lil Creche ta’ l-Ursolini. Mas-siġra hemm il-lista x’għandhom bżonn. Nitolbukom tkunu ġenerużi u napprezzaw jekk timxu mal-lista.
  5. Se nixtru  kwantità ta’ punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
  6. Nhar it-Tlieta Lejliet il-Milied il-velja din is-sena se  tibda fl-10 pm u fil-11pm il-quddiesa. Wara se jkollna buffet breakfast. Aktar tagħrif fin-notice board u biljetti mingħand il-helpers.
  7. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru u l-Ħamis 19 ta’ Diċembru, se jkollna l-Father Christmas li se jqassam ir-rigali lit-tfal tal-Parroċċa u ta’ barra l-parroċċa. Min irid iwassal ir-rigali tiegħu b’dan il-mod huwa mitlub li jġibhom fis-Sala Dun Manwel bejn l-14 u s-17 ta’ Diċembru bejn l-5.30 pm-7.00 pm u fil weekend ikunu miftuhin ukoll bejn  9 am u nofsinhar.

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent – Sena A

Avvizi

  1. Nhar it-Tnejn, fl-okkażjoni tal-ġimgħa tan-novena tal-Immakulata Kunċizzjoni, huwa Jum it-Tfal. Ser ikun hawn quddiesa fid-9.00 am għat-tfal tal-iskola tas-Sorijiet ta’ l-Eġittu u filgħaxija, il-quddiesa se tkun fil- 5.30 pm  bis-sehem tat-tfal li jattendu d-duttrina. Ir-Rużarju se jingħad wara l-quddiesa.
  2. Nhar it-Tlieta huwa Jum iż-żgħażagħ. Fis-6 pm rużarju meditat u kurunella fis-6.30 pm quddiesa immexxija mill-Gwardjan Patri Joseph Magro u mill-grupp Ġifra.
  3. Nhar l-Erbgħa huwa  Jum l-anzjani. Se jkun hawn quddiesa għall-anzjani fit-8.15 am u wara taħdita fis-sala Dun Manwel.  L-anzjani huma mistiedna . Filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 pm tkun animata mill-mixja neokatekumenali u jingħad l-għasar.
  4. Nhar il-Ħamis fil-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni ta’ l-abbatini.
  5. Nhar il-Ġimgha hija l-Ewwel  Ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Nhar is-Sibt ir-rużarju ikun fil-5.30 pm, wara kurunella u Għasar kantat. Fis-6.30 pm quddiesa.
  7. Nhar il-Ħadd festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-5.30 pm rużarju meditat , kurunella , fis-6.00 pm għasar u fis-6.30 pm quddiesa kantata bis-sehem ta’ l-għaqdiet u lajċi impenjati.
  8. Nitolbu għal ruħ Carrie Bone li mietet matul din-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistireħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019 – L-34 Ħadd matul is-Sena Ċ – Solennita’ ta’ Kristu Re tal-Ħolqien Kollu

Avviżi

  1.     Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re għada fil-5.00pm  Mons. Arċisqof se jmexxi korteo minn qudiem il-monument ta’ Kristu Re sal-Konkattidral ta’ San Ġwann, il-Belt fejn l-attivita’ tkompli bit-talba tal-Għasar u Barka Sagramentali. Kulħadd mistieden.
  2. Nhar il-Ħamis  se jsir pellegrinaġġ “Aux flambeaux” bir-replika tal-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu fil-5.30 pm mingħand il-Patrijiet Franġiskani sal-Parroċċa. Fis-6.30 pm ikollna quddiesa kantata.  Il-pellegrinaġġ se jgħaddi minn Triq il-Franġiskani, Lord Byron, Barth, Ġużè Pace, u Manwel Magri. Inħeġġukom li tattendu. L-Inkwatru se jibqa’ għall-qima fil-knisja tagħna sal-Ħadd 1 ta’ Diċembru. 
  3.     Il-Ġimgħa se ssir katina ta’ rużarju fil-knisja bejn 8.45 am u 11.30 am.  Nħeġġu lil dawk li jistgħu jagħżlu ħin u jiġu jgħidu r-rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta’ Pinu.
  4.     Nhar is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt ta’ l-Avvent. Fil-5.30 pm jingħad ir-rużarju u wara l-kurunella tal-Kunċizzjoni fis-6.10  pm jitkanta l-għasar u fis-6.30 pm quddiesa .
  5.      Nhar il-Ħadd, fl-okkażjoni tal-festa liturġika tal-Kunċizzjoni, se norganizzaw ikla familjari f’Nofsinhar. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers u mil-librerija u mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Erbgħa .
  6.     Nhar il-Erbgha 4 ta’ Diċembru fl-okkażjoni tan-novena tal-Kunċizzjoni c-Ċentru ta’ l-anzjani qed jorganizza  quddiesa għall-anzjani fit-8.15 am u wara taħdita fis-sala Dun Manwel.
  7.     Nitolbu għal ruħ Salvina Buhagiar  u Tony Mansueto li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.