Nhar l-Erbgħa ser isir ħarġa bil-quddiesa fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Tluq fid-8.45 am. Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar il-Ġimgħa fis-7.30 pm fis-Sala parrokkjali se ssir attivita’ soċjali b’risq il-festa parrokkjali. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers.
Nixtiequ navżaw lil dawk li huma interessati jiġu it-tour għad-Dolomiti bejn 31 t’ Awissu u 7 ta’ Settembru li jridu jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa 26 ta’ Frar.
Għada t-Tnejn hija il-Festa ta’ Missierna San Pawl. Hija festa kmandata għalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl .
Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
Nhar l-Erbgħa ser isir coffeee morning b’risq il-knisja. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar il-Ħamis ukoll issir l-adorazzjoni imexxija mill-Grupp Ħniena Divina fid-8.45 am fil-kappella ta’ l-Adorazzjoni.
L-Erbgħa 19 ta’ Frar ser isir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru ta’ l-anzjani. Ser ikollna quddiesa fid-Dar tal-Providenza, Is-Siġġiewi u wara imorru Għar Lapsi. Tluq fid-8.45 am . Aktar tagħrif u biljetti mingħand il-helpers.
Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar ser isir laqgħa soċjali bit-tombla fis-Sala parrokkjali b’risq il-festa fis-7.30 pm. Aktar dettalji u biljetti mingħand il-helpers
Nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar fl-4.30 pm ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Bastjan Ħal Qormi, l-Azzjoni Kattolika se tkun qed tiċċelebra quddiesa ta’ radd ta’ ħajr immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fl-okkażjoni tad-90 Anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Malta. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
Nitolbu għal ruħ ta’ Ines Ciancio u Charlie Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa tas-Social Club ta’ l-anzjani. Se tkun taħdita fuq San Ġorġ Preca fid-8.45 am.
Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Lucia fid-8.00 p.m. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni.
Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn skejjel tal-gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-kurja.
Navżaw li mal-ħarġa tal-Flimkien ta’ Frar qed inqassmu envelop sabiex nibdew nilqgħu d-donazzjonijiet għall-Festa ta’ din is-sena; fih issibu wkoll ir-rendikont finanzjarju tal-Festa li għaddiet. Napprezzaw ħafna l-ġenerożità tagħkom.
Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali ta’ l-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa tas-Social Club tal-anzjani fid-8.45 am .
Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar il-Ħamis ser jiġi organizzat coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.
L-istrina tal-Parroċċa bl-envelops ammontat għal €2,740 filwaqt li l-ġabra strina tal-ewwel tas-sena fil-knisja ammontat għal €696. Nirringrazzjaw lil kulhadd.
Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna adorazzjoni ewkaristika.
Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, se ssir quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul is-sena li għaddiet li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu ma’ Mons. Arċisqof.
Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar se norganizzaw Coffee morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
Fis-17 t’April 2020 se jibda’ l-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Nitolbu għal ruħ ta’ Hilda Cutajar li mietet matul dawn il-ġranet. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Għada t-Tlieta hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena. Fil- 11.00 pm Adorazzjoni u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofs il-lejl.
L-Erbgħa l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla u bl-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħadd. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa. Fl-1 tas-sena jkun ukoll it-Tnejn u Ħamsin (52) anniversarju it-twaqqif tal-Parroċċa.
Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u jkollna adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Nhar is-Sibt li ġej fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Belt, il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lil dawk l-għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena għall-Quddiesa li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu mal-Arċisqof.
Infakkrukom fl-envelopes ta’ l-Istrina għal parroċċa u nirringrazzjaw lil dawk kollha li diġa taw id-donazzjonijiet .
Navżaw li wara is-17 t’April 2020 se norganizzaw il-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Nitolbu għalruħ Lawrence Sultana li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.